Lokali Sport

Solidarjetà minn Tim Sport Partit Nazzjonalista mal-familja ta’ Yau-Mun Law

Tim Sport Partit Nazzjonalista, jieqaf mal-familjari tal-Player ta’ Sta. Venera Lightnings Yau-Mun Law, għall-inċident sfortunat li kellu l-bieraħ fil-ground tac-Centinarju f’Ta’ Qali.

TSPN fi stqarrija qal li jħoss li għal darb’oħra konna fortunati li dan l-inċident ma kellux konsegwenzi aktar koroh. Filwaqt li ta’ min ifaħħar lill-MFA li l-grounds tagħha huma mgħammra bl-apparat mediku possibli, Timsport PN jemmen li dan huwa l-mument opportun li niddiskutu kif nistgħu nassiguraw l-aħjar rispons f’inċidenti simili fil-futur.

L-istqarrija tkompli li li ma kienx għall-intervent mediku mill-paramediku ta’ l-MFA Charlot Lanzon u l-fotografu Walter Sargent, l-inċident tal-bieraħ seta kellu konsegwenzi fatali. Wieħed ta’ min ifakkar li l-Oppożizzjoni ressqet abbozz ta’ liġi dwar is-Samaritan it-tajjeb, li għadha ma tresqitx għad-dibattitu, u li tista’ ssalva l-ħajja tan-nies f’sitwazzjonijiet simili. T

im Sport PN f’isem il-PN, qed toffri l-kontribut tagħha lill-Gvern, sabiex mill-aktar fis possibli npoġġu madwar mejda mal-partijiet konċernati u nieħdu deċiżjonijiet importanti favur is-saħħa tal-atleti tagħna.