Lokali

Tfal Bormliżi jaħsbu f’ħaddieħor fil-Halloween

Waqt li sħabhom, madwar Malta, kienu qed iduru t-toroq ta’ pajjiżna jiġbru l-Halloween, grupp ta’ erba’ bniet Bormliżi ddeċidew li minflok fihom infushom jaħsbu f’ħaddieħor.

Dan hekk kif Mirea, Sirea, Naomi u Destiny, appoġġjati mill-ġenituri tagħhom u bil-permess tal-Kappillan ta’ Bormla, daru t-toroq ta’ Bormla u ġabru l-ikel u prodotti oħra li issa se jitqassmu lil familji fil-bżonn.

F’messaġġ fuq il-midja soċjali, waħda mill-ġenituri rringrazzjat lill-komunita Bormliża li f’siegħa u bi ħġarha għenet lill-proxxmu. Hi ddeskriviet din l-attivita bħala waħda “f’isem id-dawl, fejn faħħarna lill-Mulej f’isem dawk li għandhom bżonn.”