Il-Christmas Grand Lottery organizzata minn Maltco Lotteries se tirritorna, b’inċentivi friski u b’garanzija ta’ rebbieħ tal-Jackpot.
Din is-sena, dawk li jipparteċipaw se jidħlu biċ-ċans li jirbħu premju minn sitt kategoriji differenti, bl-ogħla premju joffri jackpot ta’ €50,000 jew iktar fi flus kontanti.
Il-biljetti għall-Christmas Grand Lottery ta’ din is-sena jinsabu għall-bejgħ minn kull stabbiliment rikonoxxut mill-Maltco madwar Malta u Għawdex.
Il-Christmas Grand Lottery hi approvata mill-Malta Gaming Authority u t-tlugħ tagħha jixxandar live nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Diċembru fit-19:42 flimkien mat-tlugħ tas-SUPERSTAR.
//= $special ?>