Internazzjonali

Trump akkużat b’indħil

Ifaħħar lil Johnson u jmaqdar lil Corbyn

Il-President Amerikan Donald Trump iddeskriva lill-Prim Ministru preżenti Ingliż Boris Johnson bħala “raġel fantastiku”.

Hu qal li l-mexxej tal-Partit Laburista Ingliż Jeremy Corbyn ikun “ħażin ħafna” għall-Ingilterra. Trump qal li Corbyn ma jkunx tajjeb biex imexxi lir-Renju Unit, li hu ddeskriva bħala “pajjiż kbir b’potenzjal tremend”. Hu qal dan hekk kif ir-Renju Unit issa sejjer għal elezzjoni bikrija nhar it-12 ta’ Diċembru.

Trump kien qed jitkellem waqt li kien mistieden fuq programm ma’ Nigel Farage , il-mexxej tal-Partit ta’ Brexit, fejn irrefera għal Johnson bħala il-“ħabib” tiegħu.

Il-President Amerikan qal li għandu relazzjoni tajba ħafna ma’ Johnson u li jaħseb li hu il-persuna ideali biex tkompli tmexxi l-Ingilterra f’dawn iż-żminijiet.

Donald Trump ġie kkritikat b’indħil fil-politika ta’ pajjiż ieħor b’dak li qal dwar Johnson u Corbyn.