Il-fergħa tal-Bank of Valletta li tinsab fi Triq San Pawl il-baħar, f’ San Pawl il-Baħar stess kellha tingħalaq temporarjament għall-pubbliku wara li lbieraħ għall-ħabta tal-5.30 ta’ wara nofsinhar waqgħet gallarija ta’ binja li tinsab fuq l-istess fergħa.
Xi vetturi li kienu pparkjati taħt din il-binja eperjenzaw ħsarat żgħar wara li waqa’ xi biċċiet mill-gallarija, iżda ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
It-tmexxija tal-Bank qalet li din id-deċiżjoni ttieħdet bi prekawzjoni biex ma jkunx hemm periklu għall-klijenti u għall-ħaddiema.
Għal din ir-raġuni, ingħalqet ukoll il-magna li minnha jinġibdu l-flus.
//= $special ?>