F’nofs l-għajta tal-Gvern li l-aqwa żmien għadu ġej u li jrid jagħmel lil kulħadd sinjur żgħir …
… qed tkompli l-kritika ta’ ħafna għall-kontijiet eżaġerati tad-dawl u l-ilma, li qed jifnu lil bosta Maltin u Għawdxin.
Fuq il-media soċjali, ħafna qed jiġbdu l-attenzjoni tal-ARMS, l-Aġenzija tal-Gvern responsabbli minn dawn il-kontijiet għall-piż eżaġerat li qed isibu ma’ wiċċhom. Pereżempju, mara rrimarkat kif irċeviet kont ta’ 2,000 ewro għal xahrejn u staqsiet jekk din hijiex xi ċajta tal-ARMS.
Oħra staqsiet kif jista’ jkun li l-kont tagħha kważi ttripla – minn 250 ewro għal 600 ewro għal tliet xhur – f’residenza ta’ żewġ persuni.
U raġel li tella’ kopja tal-aħħar kont li rċieva, fejn tidher ċara ż-żieda fil-kont – minn 140 ewro fil-kont preċedenti għal 170 ewro f’dan il-kont – jew żieda ta’ aktar minn 20 fil-mija. Ma’ dawn ma jonqsux il-kummenti ta’ persuni li jikkondividu dawn il-weġgħat, fost l-oħrajn b’dikjarazzjonijiet li l-Gvern mhux jaħseb fil-ħaddiema, iżda biss f’dawk ta’ madwaru.
//= $special ?>