Il-Pulizija se tressaq il-Qorti lil raġel li jinsab arrestat b’rabta ma’ numru ta’ serqiet minn diversi lokalitajiet f’Malta.
Fi stqarrija l-Pulizija qalu li s-serqiet saru mir-Rabat, Ħ’Attard, is-Swieqi, San Ġwann, Ħaż-Żebbuġ u Ħal Qormi. Ir-raġel għandu 37 sena u huwa mill-Georgia.
Ir-raġel ġie arrestat f’San Ġiljan wara diversi jiem ta’ osservazzjonijiet. Wara tfittxija li saret fl-appartament fejn kien joqgħod instabu xi oġġetti li kienu rrappurtati nieqsa.
Fl-istqarrija ntqal li dan mhux każ iżolat iżda jifforma parti minn investigazzjoni wiesgħa mmexxija mid-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali li ilha għaddejja diversi xhur.
//= $special ?>