Futbol Sport

Bżonn ta’ ambulanza fil-Luxol Stadium

Ftit tal-ħin ilu kien hemm il-bżonn tal-ambulanza fil-Luxol Stadium hekk kif żewġ plejers opposti ħabtu f’xulxin f’inċident waqt il-partita mill-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni bejn Melita F.C. u Xghajra Tornados F.C..

Il-partita kellha tieqaf għal aktar minn għoxrin minuta hekk kif kien hemm il-bżonn tal-paramediċi tal-Malta Football Association – 1900 biex jagħtu l-ewwel għajnuna medika liż-żewġ plejers involuti u sakemm waslet l-ambulanza fuq il-post.

Minn informazzjoni li kiseb Replay (Net Television) iż-żewġ plejers huma konxji u l-ambulanza damet madwar 18-il minuta biex waslet fuq il-post. Il-partita qed titkompla bħalissa.

Sfortunatament dan hu t-tieni inċident fil-futbol fi spazju ta’ tliet t’ijiem wara li nhar il-Ħamis li għadda, il-plejer ta’ Santa Venera Lightnings FCYau-Mun Law sofra attakk tal-qalb waqt partita mill-Kampjonat tat-Tielet Diviżjoni. Fiż-żewġ inċidenti, kienu kruċjali l-interventi fil-pront tal-paramediċi tal-MFA u fil-każ ta’ nhar il-Ħamis li għadda, saħansitra l-assistenza medika li ta fotografu li kien fl-istadium fil-ħin tal-inċident.

netnews.com.mt jawgura fejqan ta’ malajr lill-plejers involuti.