F’kumment fuq il-post ta’ Facebook li tella’ ftit tal-ħin ilu Alfred Sant, ikkummenta l-kandidat Laburista, Cyrus Engerer fejn talab biex mhux biss tirreżenja ċ-Chairperson, kif talab Sant, iżda jirreżenjaw il-membri kollha li vvutaw favur il-proġett massiċċ fuq art ODZ fil-Qala Għawdex.
Cyrus Engerer ilu għal dawn l-aħħar tliet ijiem jikteb posts varji fuq Facebook rigward il-vot favur tad-Deputat Laburista Clayton Bartolo u issa wasal biex anke jgħidlu jirreżenja mill-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar li Bartolo tpoġġa fuqu mill-Prim Ministru Joseph Muscat bħala rappreżentant tal-Gvern.



