Internazzjonali

Fl-Italja: Familja sħiħa vittma ta’ inċident tat-traffiku

Matul il-lejl li għadda seħħ inċident fatali fl-autostrada ta’ bejn Bologna u Padua. Inċident li qered familja sħiħa – il-missier, l-omm u binthom, tarbija ta’ 5 xhur. Fl-istess inċident weġġgħu erba’ persuni oħra, li kienu fil-vetturi l-oħra.

Il-media Taljana rrappurtat li l-familja kienet qed tivvjaġġa b’vann lejn Vicenza. Il-vettura kienet milquta minn karozza ferm iżgħar, iżda b’kawża tal-ħabta, il-vann dar u qaleb il-karreġġjata u ntlaqat minn xarabank li kienet għaddejja fid-direzzjoni opposta.

L-ewwel assistenza ngħatat mill-Pulizija, li sejħu lil tim mediku, li vverifika li l-familja mietet fil-post.