Lokali Saħħa

Ġirja suċċess b’risq il-benesseri tas-saħħa mentali

Is-Sibt, f’atmosfera ta’ familja, ittellgħet b’suċċess it-tielet edizzjoni tal-Ġirja għall-Benesseri Mentali – ġirja biex jiżdied l-għarfien dwar il-ħarsien tas-saħħa mentali fit-tfal. L-attività ttellgħet mill-Assoċjazzjoni tas-Saħħa Mentali għat-Tfal u l-Adoloxxenti (ACAMH), Pembroke Athleta u Mental Health Malta.

NET News mar fil-post u ħa l-kummenti tat-Tabiba Andrea Saliba, li qaltilna aktar dwar l-għan tal-attività. 

Hija qaltilna li l–għan ta’ din il-ġirja kien li jiżdied il-ħarsien għas-saħħa mentali fit-tfal u ż-żgħażagħ, u li wkoll tinqered l-istigma fil-konfront tan-nies li jkollhom problemi ta’ saħħa mentali. Fl-istess waqt ukoll jinġabru fondi biex tiżdied l-edukazzjoni f’dan il-qasam.

L-attività kienet tinkludi ġirjiet ta’ 5km u 10km, kif mixja ta’ 5km. Kien hemm ukoll ġirja tat-tfal li bdiet mill-Isptar Monte Carmeli.