Internazzjonali

Jinqatlu minn tal-anqas 50 suldat fil-Mali

Militanti fil-Grigal tal-Mali qatlu minn tal-anqas suldat f’attakk fuq post militari, fost numru oħra midruba. Dan ħabbritu l-Armata f’post fuq Facebook.

L-attakk qed jiġi deskritt bħala l-aktar wieħed qattiel fl-aħħar għaxar snin u qed ikun meqjus bħala wieħed terroristiku.

Il-Mali ilu jsofri minn attakki vjolenti mill-2012, meta l-militanti Iżlamisti ħadu t-tramuntana tal-pajjiż. Bl-għajnuna ta’ Franza, l-Armata tal-Mali reġgħet irkuprat it-territorju, iżda l-insigurtà kompliet u għadha qed tinħass.

Il-vjolenza nfirxet ukoll għal pajjiżi oħra fir-reġjun.

Tags