Internazzjonali

Johnson jirrifjuta l-patt ma’ Nigel Farage

Il-Prim Ministru Brittaniku Boris Johnson ċaħad suġġeriment ta’ Nigel Farage u l-President Amerikan Donald Trump biex il-Partit Konservattiv jaħdem mal-Partit ta’ Brexit.

Il-Kap tal-Partit Konservattiv qal lil BBC li huwa dejjem grat tal-pariri li jingħata iżda mhux se jidħol fi qbil mal-ebda Partit qabel l-elezzjoni ġenerali li mistennija ssir fit-12 ta’ Diċembru li ġej.

Dan wara li fl-aħħar jiem il-President Amerikan qal li Farage u Johnson jagħmlu front li diffiċli jkunu megħluba.

Il-BBC rrapporta kif sorsi f’Downing Street qalulhom li taħt l-ebda ċirkostanza mhu qed jiġi kkunsidrat ftehim mal-Partit ta’ Brexit.