Ħadd ma weġġa’ f’nirien li ħakmu kamra li tagħti għal Substation li tinsab f’Tigne’.
Mhux ċar x’wassal għal dan in-nar fil-kamra li tiġbor fiha l-cables li jkunu ġejjin minn taħt il-baħar.
Minħabba s-sensittività tal-post, issejħu għadd ta’ vetturi tal-Protezzjoni Ċivili, filwaqt li għal raġunijiet ta’ sigurtà nqatgħet il-provvista tal-elettriku fiż-żona.
Fil-post inqala’ wkoll paniku minħabba l-ammont ta’ duħħan li ħareġ kawża tan-nirien.
//= $special ?>