Lokali

Raġel bi ġrieħi gravi wara argument f’Marsaskala

Għall-ħabta tat-tmienja u nofs tal-Ġimgħa filgħaxija, il-pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq id-Dolmen, f’Marsaskala.

Il-pulizija marret fuq il-post fejn sabu Niġerjan ta’ 24 sena, li talab l-assistenza minħabba li kien involut f’argument ma’ raġel ieħor f’appartament fl-istess triq u sofra xi ġrieħi.

Fl-appartament ukoll, kien hemm raġel ta’ 40 sena, residenti Marsaskala stess li ukoll ġarrab xi ġrieħi kawża tal-argument.

Tim mediku assista lill-persuni involuti fejn ir-raġel ta’ 40 sena sofra ġrieħi gravi filwaqt li r-raġel ta’ 24 sena sofra minn ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin