Raġel ta’ 44 sena residenti l-Imsida sofra xi ġrieħi wara li kienu sparati tiri fid-direzzjoni tiegħu. Il-każ seħħ ftit wara s-2am fi Triq Testaferrata, Ta’ Xbiex, fejn jidher li qam argument bejn xi persuni.
Il-vittma kien assistit fil-post minn tim mediku u ittieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin filwaqt li qed jinżamm persuna sabiex jassisti fl-istħarriġ.
//= $special ?>