Lokali

Wirja dwar l-avjazzjoni f’Malta

Il-Mużew tal-Avjazzjoni ċċelebra l-25 sena mit-twaqqif tiegħu billi tella wirja fil-Mużew li jinsab f’Ta’ Qali.

Fost ajruplani u mudelli tal-avjazzjoni ħadna l-kumment ta’ Ray Pollidano, id-Direttur Ġenerali tal-Mużew fejn stqarr magħna l-involviment ta’ numru ta’ entitajiet f’din l-esebizzjoni.

Ray qalilna wkoll dwar l-ewwel titjira li kienet seħħet f’pajjiżna fi Frar tal-1915, waqt li qalilna wkoll dawr l-ewwel mitjar f’Malta li kien twaqqaf fl-1923.

Huwa kompla billi uriena ktieb li jiġbor fih aktar minn 1350 isem ta’ persuni li tilfu ħajjithom fit-Tieni Gwerra Dinjija.

Imfakkra traġedja li seħħet tul it-Tieni Gwerra Dinjija

Intant fil-jum kienet qed tiġi mfakkra traġedja li kienet seħħet fil-21 ta’ Marzu 1942 f’Point de vue meta 6 suldati kienu nqatlu, u numru oħra kienu ndarbu meta bomba ta’ 1000kg waqgħet fiz-zona. Smajna rakkont ta’ dak li kien ġara.

Fil-lejla tas-Sibt ittellat lejla kommemorattiva biex jitfakkru dawn il-persuni li taw ħajjithom mhux biss għall-Malta, iżda għal-libertà fid-dinja.