Lokali

Charity Ride b’risq l-Ursolini

Matul il-gurnata tal-Ħadd Rebels MC Malta organizzat charity ride bil-muturi b’risq l-Ursolini.

Din kienet it-tieni sena li din l-NGO organizzat dan l-avvEniment b’risq il-karità.

Għall-ħabta tal-10.30 ta’ filgħodu numru ta’ muturi telqu mil-Luxol fi triqthom lejn Monte Kristo fejn waslu hemm għall-ħabta ta’ nofisnhar.

F’Monte Kristo ttellgħu diversi attivitajiet fosthom wirja ta’ arti u tatoos, filwaqt li kien hemm ikel u mużika biex jallegraw lil dak preżenti.

Kien hemm ukoll esebizzjoni ta’ madwar 35 karozza Amerikana, mill-membri mill-American Auto Club Malta li twaqqaf lura fis-sena 2003.

Preżenti għal din l-attività kien hemm il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalsita David Agius fejn kellu l-okkażjoni jiltaqa’ ma’ dawk kollha preżenti.