Lokali

Festa Scouts tgħaqqad lil eluf ta’ persuni f’Malta

Logħob, għaqda u divertiment … dan kollu u iktar ġewwa Ta’ Qali waqt Festa Scouts li kienet tikkonsisti f’diversi attivitajiet organizzati mill-Assoċjazzjoni tal-iscouts ta’ Malta.

L-attivtajiet saru fuq jumejn għat-tieni edizzjoni, fejn ħadu sehem 30 grupp tal-iscouts.

Net News tkellem ma’ wħud mit-tfal li kienu qed jiieħdu sehem fejn qalulna dwar din l-esperjenza u xi jfisser għalihom l-iscouts.

Matul il-ġurnata tal-Ħadd, il-pubbliku kellu l-opportunitàli jattendi u jieħu sehem fl-attivitajiet, fosthom abseiling, u human table soccer fost oħrajn.

L-Assistant Events Commissioner, Beppe Grech tkellem magħna fejn qalilna dwar il-preparazzjonijiet li kien hemm wara dawn l-attivitajiet.

Hu kompla jgħidilna dwar x’ifisser għalih l-iscouts.

Iżda wara kollox l-assoċjazzjoni ma tistax tkompli miexja jekk ma jkunx hemm leaders li jigwidaw lit-tfal, fejn filfatt hemm it-talba ta’ iktar leaders fi ħdan din l-assoċjazzjoni.

Preżenti kien hemm il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, David Agius fejn tkellem mal-organizzaturi dwar il-ħidma tal-assoċjazzjoni.