Lokali

Imfakkra l-membri tal-Korp tal-Pulizija li ħallew din id-dinja

Il-Ħadd filgħodu, il-Korp tal-Pulizija fakkar lill-uffiċjali tiegħu li tilfu ħajjithom matul is-snin.

Iċ-ċerimonja bdiet b’quddiesa fil-kappella taċ-Ċimiterju tal-Addolorata. Dan hekk kif f’dan iċ-ċimiterju wieħed isib il-qabar tal-Korp. Din il-quddiesa kienet konċelebrata mill-Kappillan tal-Korp Father Raymond Bonnici u għaliha attendew diversi uffiċjali, fosthom l-ogħla awtoritajiet tal-Korp.

Wara, dawk preżenti nġabru madwar il-qabar fejn saret ċerimonja simbolika li matulha tpoġġew ukoll il-fjuri. Fost dawn mir-rappreżentanti tal-uffiċjali tal-Korp, jiġifieri l-Malta Police Association u Police Officers Union. Hawn sar salut li kien segwit minn minuta silenzju b’rispett tal-vittmi.

Nhar il-Ħadd li ġej issa mistennija ċerimonja simili biex jitfakkru l-uffiċjali tal-Korp minn Għawdex, li tilfu ħajjithom.