Lokali

Imut l-anzjan li ttajjar il-Ħadd li għadda

Anzjan li l-Ħadd li għadda ttajjar quddiem il-grawnd ta’ Sirens F.C., fil-Qawra, tilef ħajtu iktar kmieni dalgħodu.

Tony Zarb, magħruf bħala l-Caravaggio, ittajjar minn raġel ta’ 30 sena resident Santa Venera għall-ħabta tas-19:30 ftit metri bogħod mir-residenza tiegħu.

Il-vittma hu magħruf sew fix-xena sportiva hekk kif ħadem fi ħdan Sirens F.C. u riċentament anke għal Nadur Youngsters. Dan apparti li għal snin twal kien Stadium Manager tas-Centenary Stadium.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin, waqt li l-Maġistrat tal-Għassa ħatret inkjesta maġisterjali.