Lokali

In-‘Nikolous’ ma jiflaħx għall-maltemp: nies maqbuda fit-traffiku għal iktar minn siegħa

Kawża tal-maltemp li ħakem lill-Gżejjer Maltin, il-vapur l-ġdid tal-Gozo Channel ‘Nikolous’ qed jgħaddi minn wara Kemmuna għax jidher li mhux attrezzat biżżejjed biex jiflaħ għal dan il-maltemp. Jidher li l-vapuri l-oħra tal-Gozo Channel qed jaħdmu b’mod normali.

Nies li tkellmu magħna qalulna li konsegwenza ta’ dan kollu, hemm persuni li ilhom maqbuda fit-traffiku għal madwar siegħa. Kju li saħansitra jibda mit-triq tax-Xewkija u jibqa’ tiela sar-Rabat.