Sport Sport Ieħor

Ir-raba’ rebħa konsekuttiva għal Clara du Bocage fil-finali Gold

Clara du Bocage misjuq minn Melvin Farrugia (it-tieni mil-lemin) jaqsam il-linja finali l-ewwel (Ritratt; Catriel Farrugia)

Rapport: Kenneth Vella

Ir-rebbieħa tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-kampjonat Johnnie Walker għal żwiemel tal-klassi Gold hija l-Franċiża Clara Du Bocage. Din il-finali saret fuq distanza qasira ta’ 2140m u għamlet parti mit-52 laqgħa tal-istaġun fuq tnax-il tiġrija kollha għal żwiemel tat-trott. Għaxar żwiemel ħadu sehem fil-finali Gold. And Here I Am (Rodney Gatt) kien fost l-aktar żiemel b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u matul l-ewwel metri fetaħ vantaġġ żgħir minn Janske (Charles Camilleri) u Vasco De Montmarce (Jesmar Gafà).

Madankollu meta l-ewwel żwiemel daru biex jaffrontaw id-dritta finali, And Here I Am beda jnaqqas mill-ġiri u dlonk inqabeż mill-kwotata Clara Du Bocage li ħadet ir-raba’ rebha konsekuttiva u f’Malta wara li fl-aħħar metri xejnet l-isfida ta’ Janske (Charles Camilleri). Royal In (Marco Debono) temm fir-raba’ pożizzjoni. Fi tmiem din il-finali, is-Sur Alfred Braddick u Mattea Mercieca, f’isem l-isponsors, ippremjaw lil Mark Mifsud u Melvin Farrugia is-sidien u anki s-sewwieq taż-żiemel rebbieħ. Dan fil-preżenza ta’ Edwin Borg, Chairman tal-Malta Racing Club.

Is-sid Mark Mifsud u s-sewwieq kif ukoll wieħed mis-sidien Melvin Farrugia ta’ Clara du Bocage wara l-finali (Ritratt; Catriel Farrugia)

Il-programm inkluda wkoll żewġ tiġrijiet fuq forma ta’ finali ta’ Condition Race, it-tnejn mirbuħa minn Clint Vassallo. Fil-finali Silver, kien hemm tmiem inċert bejn erba’ żwiemel. Kien Baqualito Mag, fdat f’idejn Vassallo li rnexxielu jaqsam il-linja finali l-ewwel bi ftit minn Ellipsis Am (Kirsten Axisa), Cobby’s Celeb (Rodney Gatt) u Basic Idef (Charles Camilleri). Għal Ellipsis Am din kienet il-ħames rebħa staġjonali u f’Malta.

Minn naħa l-oħra fil-finali tal-klassi Bronze, kien hemm dwell interessanti f’nofs id-dritta finali bejn l-Amerikan u favorit Doneisdone (Noel Baldacchino) u l-Iżvediża Likearollingstone (Clint Vassallo). Kienet tal-ahhar li ħadet it-tieni rebħa infila, b’Global Taxevation (Jonathan Spiteri) u Dreamed Victory (Jason Zahra) ikollhom ukoll pjazzament pożittiv.

Fit-tiġrija normali tal-klassi Premier fuq distanza maratona ta’ 3140m, Up And Go (Noel Baldacchino) kien quddiem għal parti twila tad-distanza u ħa s-seba’ rebħa staġjonali b’tul minn Sandsjons Revenue (Charles Camilleri) u On Track Piraya (Ludvic Ghigo). Amigo Turgot (Salvu Vella) temm warajhom f’dik l-ordni. Saret ukoll tiġrija li matulha ż-żwiemel kienu misjuqa minn żgħażagħ biex dawn jakkwistaw aktar esperjenza. Fuq 2140m ħareġ rebbieħ Nelson Azzopardi permezz ta’ Juvel As.

Alfred Braddick f’isem l-isponsors jippreżenta t-trofew lil Melvin Farrugia (Ritratt; Catriel Farrugia)

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija Klassi Copper. Dist – 3140m. 1. Dakota Atout (M. Mifsud) Ħin – 4.11.7” (1.20.2”) 2. Baron d’Attaque (M. Falzon) 3. Contro Vento (L. Ghigo) 4. Barkaks Barabbas (J. Briffa)

II Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Extreme Hangover (P. Galea) Ħin – 4.06” (1.18.3”) 2. Takinou d’Axel (J.C. Pace) 3. Artiste d’Alice (E. Attard) 4. Ricky Rock (M. Farrugia)

III Tiġrija Klassi Gold. Dist – 3140m. 1. Hallas Judex (Ch. Magro) Ħin – 4.03.9” (1.17.7”) 2. Boss Du Marny (K. Galea) 3. Un Reve d’Or (N. Baldacchino) 4. Uranus Trepol (Ch. Cassar)

IV Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Aigle Du Clos (B. Debono) Ħin – 2.45.9” (1.17.5”) 2. Volt De Jamac (K. Axisa) 3. A Trois De Botz (M. Cauchi) 4. Rasputin LG (D. Baldacchino)

V Tiġrija Klassi Premier. Dist – 3140m. 1. Up And Go (N. Baldacchino) Ħin – 4.01.4” (1.16.9”) 2. Sandsjons Revenue (C. Camilleri) 3. On Track Piraya (L. Ghigo) 4. Amigo Turgot (S. Vella)

VI Tiġrija Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Ange Du Porto (G.L. Grech) Ħin – 4.07.6” (1.18.8”) 2. Village Natal (N. Baldacchino) 3. Udako (A. Farrugia) 4. Valawi (R. Magro)

VII Tiġrija Finali Kampjonat Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Clara Du Bocage (M. Farrugia) Ħin – 2.41.5” (1.15.5”) 2. Janske (C. Camilleri) 3. And Here I Am (R. Gatt) 4. Royal In (M. Debono)

VIII Tiġrija Klassi Gold. Dist – 3140m. 1. Big Fox (N. Baldacchino) Ħin – NTR 2. Viking De L’Ormeau (J. Gafa’) 3. U Two Swing (R. Cassar) 4. Victory Brodde (P. Farrugia)

IX Tiġrija Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Vescoro (R. Magro) Ħin – NTR 2. Sambuca Knick (C. Vassallo) 3. Greatandeasy CC (C. Camilleri) 4. Faro Sue Heikant (R. Gatt)

X Tiġrija Finali Condition Race. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Likearollingstone (C. Vassallo) Ħin – 2.42.4” (1.15.9”) 2. Doneisdone (N. Baldacchino) 3. Global Taxevation (J. Spiteri) 4. Dreamed Victory (J. Zahra)

XI-il Tiġrija Finali Condition Race. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Baqualito Mag (C. Vassallo) Ħin – 2.41.8” (1.15.6”) 2. Ellipsis Am (K. Axisa) 3. Cobby’s Celeb (R. Gatt) 4. Basic Idef (C. Camilleri)

XII-il Tiġrija Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Croque Tout (C. Camilleri) Ħin – 4.08.3” (1.19.3”) 2. Mr Planner (J.P. Polidano) 3. Vaillant Marceaux (R. Gatt) 4. Apollon De Suce (N. Baldacchino)