Folol ta’ dimostranti għalqu t-toroq ewlenin fil-belt kapitali ta’ Bagdad, waqt li komplew il-protesti tal-massa kontra l-Gvern. Id-dimostranti, intant, ipparkjaw numru ta’ vetturi qalb iz-zoni prinċipali tal-belt, bil-pulizija josservaw il-movimenti tagħhom mingħajr ma jintervjenu.
Ipprotestaw anki l-istudenti li fost dimostrazzjonijiet ta’ sit-in fl-iskejjel, bl-uffiċini tal-Gvern ma jiftħux fil-kapitali. Ir-rapporti qalu li d-dimostranti ma kenux qed iħallu lill-ħaddiema tal-Gvern ‘jaslu sal-uffiċini’ u meta setgħu biss jaħdmu b’normali l-persuni relatati ma’ oqsma umanitarji.
Mill-bidu ta’ Ottubru ‘il hawn, għexieren ta’ eluf ta’ nies ħadu sehem f’sensiela ta’ protesti biex jinsistu għal aktar xogħol, tmiem għall-korruzzjoni u servizzi aħjar għaċ-ċittadin.
Dan meta aktar minn 250 persuna tilfu ħajjithom fil-konfronti mal-qawwiet tas-sigurtà Iraqqin.
Sadanittant, id-dimostranti f’Bagdad ilhom il-jiem jisfidaw curfew li l-awtoritajiet fil-kapitali kienu introduċew lejn l-aħħar tax-xahar li għadda.
Filwaqt li s-sitwazzjoni għadha inċerta, il-President Iraqi Barham Saleh kien qal, jiem ilu, li l-Prim Ministru tal-Iraq, Adel Abdul Mahdi, għandu jirriżenja f’każ li l-partiti politiċi lokali jistgħu jaqblu dwar is-suċċessur tiegħu.
//= $special ?>