Żewġ Niġerjani ngħataw il-ħelsien mill-arrest fuq numru ta’ kundizzjonijiet wara li wieġbu mhux ħatja li ħebbew għal Frank Godwin.
Aghowunuyi Bright, ta’ 40 sena, u Osas Steven, ta’ 31 sena, il-Ġimgħa ġew arrestati wara li ferew ħafif lill-vittma, li jgħix fl-istess appartament f’Marsaskala.
L-akkużati ingħataw il-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €300 u garanzija personali ta’ €9,000 kull wieħed. Iridu jiffirmaw ukoll fl-għassa tliet darbiet fil-ġimgħa u ġew ordnati ma javviċinawx lill-vittma.
//= $special ?>

