Qorti

Jinżamm arrestat wara li spara f’Ta’ Xbiex

Raymond Gatt ta’ 52 sena mill-Fgura baqa’ arrestat wara li s-Sibt spara fuq raġel ieħor fi Triq Testaferrata, f’Ta’ Xbiex.

L-argument kien dwar prostituta, li jidher li hi l-mara tal-vittma, b’dan jeskala tant li l-akkużat ħebb għall-vitma li jinsab rikoverat fl-Isptar Mater Dei isofri minn ġrieħi gravi.

Quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo, ir-raġel li qed jaffaċċja akkużi ta’ attentat ta’ qtil taab għall-ħelsien mill-arrest imma nżamm arrestat minħabba l-gravità tal-akkużi.

L-akkużat qed ikun rappreżentat mill-avukati Franco Debono u Marion Camilleri.