Lokali

L-Oppożizzjoni tirrifjuta li tkun parteċipi f’Awtorità tal-Ippjanar

Awtorità li spiċċat maħtufa mill-Gvern biex taqdi l-ftit tal-qalba
  • B’direzzjoni u bi qbil mall-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, Marthese Portelli tirriżenja minn rapprezntant tal-oppozizzjoni fuq il-Bord tal-Ippjanar

Il-Partit Nazzjonalista qiegħed jippubblika l-ittra tad-Deputata Marthese Portelli li qegħda tirriżenja minn membru fuq il-Bord tal-Ippjanar.

Bl-appoġġ tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, Marthese Portelli qegħda tirriżenja mill-Bord tal-Ippjanar, għax mhix lesta li tifforma parti minn entità li ma turix rispett lejn il-poplu.

L-Awtorita tal-Ippjanar qed tħares l-interessi tal-ftit u twarrab ghal kollox l-interess tal-poplu. Il-PN ma jridx ikun parti minn dan, iżda mhux biss – se jieqaf lill-Gvern milli jibqa’ għaddej romblu minn fuq in-nies. Għalhekk, din kienet ir-raġuni tar-riżenja ta’ Marthese Portelli bl-appoġġ sħiħ tal-Kap tal-Oppożizzjoni.

Din hi l-ittra ta’ riżenja minn Marthese Portelli

B’reazzjoni għal dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia f’post fuq facebook saħaq li l-Gvern ta’ Muscat renda l-Awtorità tal-Ippjanar f’pupazz tiegħu u tal-erbgha ta’ madwaru li ddeċidew li jagħmlu Malta tagħhom biss. L-Oppożizzjoni mhux biss tirrifjuta li tkun parteċipi f’dan iżda se tieqaf lill-Gvern milli jkompli għaddej romblu minn fuq il-poplu. Għalhekk id-deċiżjoni ta’ Marthese li tirriżenja minn membru fuq il-Bord tal-Ippjanar, deċiżjoni li għandha l-appoġġ sħiħ tiegħi. Malta mhix ta’ Muscat u ta’ Keith Schembri – li għamel lilu nnifsu Imperatur, imma tal-poplu ħawtiel tagħha u l-PN qiegħed fuq in-naħa tal-poplu.