Bħala tifkira tal-75 sena anniversarju tal-Pellegrinaġġ Nazzjonali minn Birkirkara għal Bormla bil-Kwadru Inkurunat u l-istatwa devota tal-Immakulata Kunċizzjoni li kien sar propju fid-19 ta’ Novembru 1944, l-istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni dalgħodu ħarġet mill-knisja ta’ Bormla sabiex tibda t-triq tagħha lejn B’Kara.

L-istatwa għaddiet mil-lokaltajiet tal-Fgura u l-Ħamrun fejn għall-ħabta tal-11am waslet fi Triq Wignacourt kantuniera ma’ Triq Dun Gaetano Mannarino f’Birkirkara.
Il-Kapitlu Elenjan flimkien ma’ persuni distinti preżenti u poplu, laqgħu lix-xbieha tal-Immakulata akkumpanjata mill-membri Kapitulari ta’ Bormla. Il-Banda Sant’Antnin ta’ Birkirkara takkumpanja bid-daqq tal-innijiet.

Ir-rabta bejn Bormla u B’Kara tmur lura lejn żmien il-gwerra fejn l-istatwa tal-Immakulata Kunċiżżjoni ntbagħtet fil-Knisja ta’ B’Kara biex tistkenn mill-bumbardamenti tal-gwerra.
//= $special ?>

