Rugby Sport

Rugby – Tazza tad-Dinja L-Afrika t’Isfel meritatament jgħelbu lill-favoriti Ingilterra

L-Afrika t’Isfel huma Champions tad-dinja għat-tielet darba fl-istorja tagħhom wara li meritatament għelbu lill-favoriti Ingilterra 32-12. Wara li għelbu lil New Zealand li kienu qegħdin jiġi meqjusa bħala l-favoriti li jżommu t-titlu, l-Ingilterra bdew bħala favoriti li jirbħu t-tazza tad-dinja għat-tieni darba fl-istorja tagħhom.

L-Afrika t’Isfel iżda għamlu partita kbira bil-plejers tal-ġnub Makazole Mapimpi u Cheslin Kolbe skorjaw żewġ tries fit-tieni taqsima wara li l-ewwel nofs siegħa kienu dominanti grazzi għall-klassi ta’ Handre Pollard u Owen Farrell.

It-tim ta’ l-iSpingbooks, kif inhuma magħrufa l-Afrika t’Isfel għamlu bidlu waħda mir-rebħa fis-semifinali kontra Wales fejn irritorna Cheslin Kolbe li kien imweġġa’.

Kif kien mistenni l-Ingliżi żammew l-istess 15 li għebu lil New Zealand fis-semi finali. L-Afrika t’Isfel mill-ewwel urew l-intenzjonijiet tagħhom u territorjalment kienu aħjar mill-Ingliżi fejn batew wara li kellu jinqala’ wara biss ftit minuti Kyle Sinckler.

Handre Pollard kien forma mill-aqwa fejn skorja żewġ penalties biex kompla l-momentum għall-Afrikani. L-Ingliżi għall-mument daħlu fil-partita iżda żewġ penalties ta’ Pollard taw sitt punti vantaġġ lill-Afrika t’Isfel sal-mistrieħ.

Fit-tieni taqsima l-Ingliżi għamlu ħafna żbalji fejn deheru nervużi ħafna. Il-partita ħadet żvolta fis-67 minuta hekk kif Malcolm Marx ta’ passaġġ tajjeb lejn Makazole Mapimpi, li xuttja b’Lukhanyo Am jaħtaf tajjeb u kompla jżid il-punti.

L-Ingliżi ppruvaw iżda mingħajr konvinzjoni bl-Afrika t’Isfel jtemmu l-partita bil-kbir. Kolbe ġabar il-ballun minn naħa tal-lemin, u ħarab bid-difiża Ingliża u t-tamiet tagħhom li jirbħu t-Tazza tad-Dinja jiġu fi tmiemhom.