Stewart Said
BALZAN………………. 2 SENGLEA A…….…… 2
Balzan: S. Mintoff, A. Loof, M. Johnson, A. Kosoric, S. Bezzina, P. Fenech, S. Pisani, U. Ljubomirac, R. Correa, S. Dimic (A. Faria Machado 61’), A. Majdevac (A. Effiong 78’)
Senglea: M. Farrugia, M. Dias, S. Olberkis, M. Todorovic, M. Micallef, D. Xuereb (J. Teixeira 46’), S. Cipriott (J. Tanti 70’), A. do Nascimento, T. Marukawa (A. Spiteri 78’), L. Grech, W. Zamble
Imwissija: A. Kosoric 29’, P. Fenech 46+1’, S. Bezzina 49’ (B), J. Tanti 80’, A. do Nascimento 86’ (S)
Skorjaw: A. Majdevac 12’ pen, 63’ (B), M. Micallef 76’ pen, J. Teixeira 90’ (S)
Referee: Alan Mario Sant
Assistenti Referees: Luke Portelli, Paul Apap
Il-mument Plejer tal-logħba: Steve Pisani (Balzan)
BOV Plejer tal-logħba: Andrija Majdevac (Balzan)
Senglea rnexxielhom joħorġu mil-logħba bi draw li għal ħafna ħin deher improbabbli. Diżappunt għal Balzan li kellhom il-logħba f’idejhom u naqsu li jżommu l-kontroll lejn it-tmiem, riżultat li jkompli l-kampjonat diffiċli għalihom.
Il-kowċ ta’ Balzan Jacques Scerri għamel xejn anqas minn ħames bidliet mit-telfa ta’ Sirens, b’Mario Muscat jibdel tliet plejers mit-telfa kontra Floriana.
Fl-ewwel taqsima, Balzan kienu definittivament l-aħjar tim mingħajr ma kienu brillanti. Huma kienu tattikament dixxiplinati u pass qabel l-avversarji fid-deċiżjonijiet.
Balzan marru fil-vantaġġ fit-12-il minuta f’dik li kienet l-ewwel azzjoni tal-logħba. Ricardo Correa twaqqa’ fil-kaxxa f’kuntatt bejn Sigitas Olberkis u Sean Cipriott, bir-referee Alan Mario Sant ġustament jordna l-penalty. ANDRIJA MAJDEVAC bagħat lil Matthew Farrugia n-naħa l-oħra tal-ballun biex fetaħ l-iskor.
Il-Balzanin setgħu rduppjaw fid-39 minuta. Kien free-kick mix-xellug ta’ Steve Pisani li ħoloq diffikultà fid-difiża ta’ Senglea, bid-daqqa ta’ ras ta’ Augustine Loof tkun imwaqqfa parzjalment fuq il-linja, bix-xutt ta’ Stefan Dimic mill-viċin jistampa mal-wieqfa.
Il-kowċ Mario Muscat introduċa lil Jose Teixeira flok David Xuereb fil-bidu tat-tieni taqsima biex ikun aktar offensiv u għalkemm ma kinux perikolużi, kellhom aktar il-ballun f’saqajhom.
Kien fit-63 minuta meta Balzan irduppjaw bl-attakkant ANDRIJA MAJDEVAC (ritratt) jegħleb lil Matthew Farrugia b’xutt meqjus minn barra l-kaxxa. Ħames minuti wara, Balzan għal ftit ma għamluhomx tlieta meta l-ewwel korner ta’ Steve Pisani ħabat mal-mimduda, Majdevac bir-ras tefa’ għan-nofs, bil-ballun jaħbat ma’ żewġ plejers u spiċċa ftit barra.
Okkażjoni tajba għal Senglea fit-72 minuta b’korner mil-lemin isib lid-difensur Milos Todorovic li għola tajjeb iżda d-daqqa ta’ ras tiegħu niżlet fuq il-mimduda u baqgħet sejra.
L-Isla daħlu fil-logħba fis-76 minuta meta ngħataw penalty meta l-gowlkiper Sean Mintoff ħareġ jimblokka b’mod irregolari fuq Wilfried Zamble. Mill-11-il metru nkariga ruħu l-veteran MANO MICALLEF li skorja b’xutt ċentrali.
Dan il-gowl għen lil Senglea biex jemmnu li setgħu jevitaw telfa u kien fid-90 minuta li huma ġabu d-draw bi kross preċiż mil-lemin isib lil JOSE TEIXEIRA li żmarkat għeleb lil Mintoff bir-ras.
//= $special ?>