Pieta H: 0: M. Chetcuti, T. Bartolo, N. Pace Cocks (J. Delmar 70’), J. Ghio, C. Gauci (L. Adamec 46’), N. Pisani, D. Vukovic, Q. Bregman, J. Lucas Caetano, I. Jalo, J. Scicluna (C. Bouvet 46’)
St. George’s: 3: J. Azzopardi, A. Hili, L. Bonett (A. Marshall 53’), E. Perdomo, D. Caruana, C. Cassar, G. D’Amato (J.P. Formosa 80’), P. Perdomo, L. Cutajar, J. Dalli, J. Grech.
Referee: Fyodor Zammit
Wara żewġ telfiet konsekuttivi St. George’s irritornaw għar-rebħ meta waqqfu lil Pieta li kienu ġejjin minn tliet rebħiet konsekuttivi. Is-Saints kellhom bidu mill-aqwa fejn bnew vantaġġ doppju fl-ewwel minuti u wara kkontrollaw lill-avversarji għal rebħa meritata.
Il-Bormliżi friksi mit-telfa diżastruża fid-derby kontra Vittoriosa ma setax kellhom bidu aħjar meta skorjaw darbtejn fl-ewwel 13-il minuta. Wara tmien minuti azzjoni tajba fuq il-lemin ta’ Dalli u kross għan-nofs fejn daħal bil-ġirja Leeroy Bonett li b’xutt mill-ewwel spara fir-rokna ta’ fuq tax-xibka, u ħames minuti wara Bonett skorja t-tieni gowl b’azzjoni personali.
Mal-kwarta logħob St. George’s mill-ġdid perikolużi bi freekick ta’ Cassar li kien salvat b’diffikulta minn Chetcuti. Fit-tieni taqsima Pieta ħarġu aħjar u resqu qrib b’daqqa ta’ ras tas-sostitut Clyde Bouvet li ħabtet mal-mimduda.
Pieta komplew jattakkaw tul it-tieni taqsima kollha bil-Bormliżi jiddefendu b’mod organizzat u l-lasta tagħhom qatt ma kienet f’periklu, biex fil-91 minuta f’azzjoni ta’ kontrattakk Dylan Caruana għeleb in-nasba tal-offside qabeż lill-goalkeeper u xeħet f’lasta vojta.