Kenneth Vella
Misjuq minn Rodney Gatt, in-Norvegiz Stormbringer G.R. rebah l-edizzjoni 2019 tat-Tazza tal-President ghall-aqwa żwiemel klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din il-finali ghamlet parti mill-50 laqgha tal-istagun fuq tnax -il tiġrija kollha ghal żwiemel tat-trott.
Hdax -il żiemel hadu sehem fil-finali Premier. Visconti (Jesmar Gafa’) kien l-aktar żiemel b’sahhtu wara l-karozza tat-tluq u matul l-ewwel metri fetah vantaġġ zghir minn Axel Tilly (Charles Camilleri) u Mind Your Face (Clint Vassallo). ż
800m mit-tmiem beda gej l-attakk ta’ Stormbringer G.R. (Rodney Gatt) li rnexxilu jaqbeż lil Visconti ftit metri mill-linja finali. Axel Tilly u Ulysse Du Bouchet (Paul Galea) dahlu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament. Ghal Stormbringer G.R. din kienet it-tmien rebha f’Malta u r-raba’ wahda konsekuttiva.
Fi tmiem din il-finali, il-President ta’ Malta l-E.T. Gorg Vella ppremja lil Sammy Attard u Rodney Gatt, is-sid u-sewwieq rispettivament taz-ziemel rebbieh. Dan fil-prezenza tad-deputat prim ministru u ministru tas-sahha Chris Fearne u Edwin Borg, Chairman tal-Malta Racing Club.
Laqgha ohra ta’ tiġrijiet fil-Marsa ssir illum (il-Ħadd) wara nofsinhar. L-ewwel tiġrija tibda fis-1pm.
Ir-rizultati kollha
I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Extreme Du Parc (C. Camilleri) Hin – 2.44.4” (1.16.8”) 2. Divonne (V. Fenech) 3. Dio Doti (B. Zammit) 4. Ulaoop (M. Borg)
II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Fazio Josselyn (N. Baldacchino) Hin – 4.07” (1.18.6”) 2. Bering Du Quesne (C. Vassallo) 3. Crack Des Landiers (A. Attard) 4. Ikaros Stursk (J. Zahra)
III Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Djerry d’Aut (C. Seychell) Hin – 4.09.9” (1.19.6”) 2. Devil Boko (R. Gatt) 3. Zenit Karsk (C. Vassallo) 4. Vasco d’Agamis (P. Galea)
IV Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Chippen As (R. Gatt) Hin – 2.42.4” (1.15.9”) 2. Ufano (G. Azzopardi) 3. Baryton (M. Ellul) 4. Delicous Charm (M. Seguna)
V Tigrija. Klassi Gold. Dist – 3140m. 1. Sephiro Flam (R. Delceppo) Hin – 4.02.7” (1.17.3”) Tui De Narmont (N. Baldacchino) 3. Dewey Luvs Britt (P. Bonello) 4. Kaching (K. Saliba)
VI Tigrija. Finali Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Stormbringer G.R. (R. Gatt) Hin – 2.39” (1.14.3”) 2. Visconti (J. Gafa’) 3. Axel Tilly (C. Camilleri) 4. Ulysse Du Bouchet (P. Galea)
VII Tigrija. Klassi Gold. Dist – 3140m. 1. Bixente (R. Gatt) Hin – 3.58.8” (1.16”) 2. Un Beau Luxor (P. Galea) 3. Uciano (N. Baldacchino) 4. Un Du Buisson (C. Vassallo)
VIII Tigrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Arche De Malberaux (J. Said) Hin – 4.06.6” (1.18.5”) 2. Baud Breton (C. Agius) 3. Blason Du Vif (R. Gatt) 4. Valberg Snob (M. Spiteri)
IX Tigrija. Klassi Copper. Dist – 3140m. 1. Equinox Dry (I. Bilocca) Hin – 4.05” (1.18.1”) 2. Drakkar Cleville (K. Saliba) 3. Tilt De La Loge (C. Magro) 4. Prince Teemer (M. Ellul)
X Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Cesar Du Buillon (R. Gatt) Hin – 4.04.6” (1.17.9”) 2. Sillon Du Breuil (N. Baldacchino) 3. Caballo Du Valbrio (C. Calleja) 4. Incredible d’Hoeve (M. Debono)
XI -il Tigrija. Klassi Premier. Dist – 3140m. 1. Picasso Tilly (J. Gafa’) Hin – 4.00” (1.16.6”) 2. Ultimate Love (P. Galea) 3. Ulisse d’Asolo (M. Bonnici) 4. Anakit Du Tay (R. Magro)
XII -il Tigrija. Finali Condition Race. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Roc Magister (K. Axisa) Hin – 2.42.8” (1.15.8”) 2. Celebre Sublignais (M. Ellul) 3. Demeter Tege (C. Vassallo) 4. Eliot De Corday (K. Saliba)
//= $special ?>