Thepchaiya Un-Nooh (ritratt) issorprenda u wasal sal-finali tal-Open taċ-Ċina wara li għeleb lill-Ingliż Kyren Wilson 6-5. Aktar tard l-Ingliż Judd Trump to għeleb lill-Iskoċċiż John Higgins 6-5 biet issa Un-Nooh jilgħab fil-finali llum (il-Ħadd) kontra Trump.
Thepchaiya Un-Nooh kien 4-1 minn taħt u anke 5-3 fiż-Zhiyuan World Open f’Yushan. Wilson kellu diversi okkażjonijiet biex jirbaħ il-partita iżda naqas li jieħu l-vantaġġ, bit-Tajlandiż ta’ 34 sena jieħu l-vantaġġ.
In-numru 37 tad-dinja issa diġa huwa garantit rebħ ta’ £75,000, l-akbar premju fil-karriera tiegħu u jekk jirnexxielu jirbaħ il-kompetizzjoni, jirdoppja dan il-premju.
F’partita li naqqset li tilħaq il-livell mixtieq, anke jekk iż-żewġ plejers lgħabu partita miftuħa. Wilson rebaħ l-ewwel tliet frames anke jekk l-aqwa break tiegħu kienb ta’ 44. Un-Nooh rebaħ ir-raba’ frame b’Wilson il-ħames biex l-iskor sar 4-1.
Il-frame ta’ wara Wilson, li huwa minn Kettering kien minn fuq 42-0 iżda Un-Nooh għamel 74 punt biex kines il-mejda. Wara rebħu waħda kull wieħed biex l-iskor sar 5-3, wara Un-Nooh rebaħ id-disa’ frame meta għamel il-kuluri kollha, u fil-frame ta’ wara għamel 67 punt biex l-iskor sar 5-5.
Wilson għamel 38 punt iżda falla ħamra li dehret faċli. Un-Nooh irrisponda b’61 punt u hawn kienu l-kuluri li kellhom jiddeċiedu l-partita. Wilson għamel is-safra iżda falla l-ħadra, b’Un-Nooh jagħmel il-ħadra u r-roża biex rebaħ il-partita.
//= $special ?>