Sport Sport Ieħor

Tintemm qabel mistenni l-avventura ta’ Kane Pisani fl-FIA Motorsport Games

L-avventura ta’ Malta fl-ewwel edizzjoni tal-FIA Motorsport Games fiċ-ċirkwit ta’ Vallelunga ntemmet qabel mistenni. Kane Pisani rrappreżenta lil Malta fid-Drift Cup iżda kellu problema fl-ewwel prova li saret taħt ix-xita u għalhekk l-art kienet imxarrba.

Pisani tilef waħda mir-roti ta’ wara u għalkemm it-tim tiegħu prova minn kollox biex isalva l-karozza fil-ħin, l-isforz ma kienx biżżejjed biex Pisani jgħaddi għall-kwalifikazzjoni li saret is-Sibt. Pisani esprima d-diżappunt u talab skuża lis-segwaċi tiegħu wara din l-esperjenza.