FGURA U. ……………………….. 2 VITTORIOSA S. ………………… 0
Fgura U: L. Moore, P. Chircop (A. Farrugia 76’), J. Stenson, J. Barbara, T. Grech, G. Martin, C. Gandini, J. Vella, S. Hili (S. Borg 72’), C. Valero Gonzalez (D. Cartella 72’), A. Toncheff.
Vittoriosa S: Z. Valletta, C. Spiteri, J. Briffa, I. Abela, G. Sultana, D. Tabone, L. Moad (K. Abela 46’), A. Galea, O. Sidibe, A. Guerrero, L. Casha (K. Vella 62’).
Referee: Sandro Spiteri
Fil-konfront dirett bejn l-aħħar żewġ timijiet fil-klassifika, mienu Fgura li ħallew l-aħħar post b’rebħa meritata ta’ 2-0 f’logħba li speċjalment fit-tieni taqsima rat l-irjus jisħnu sewwa fejn Vittoriosa kellhom żewġ plejers imkeċċija.
Fgura bdew deċiżament aħjar u fl-20 minuta meritatament fetħu l-iskor meta ballun fit-tul ta’ Chircop sab lil Sergio Hili javanza waħda u dan minn qagħda angolata stenna l-ħarġa tal goalkeeper u skorja b’xutt fil-baxx.
Vittoriosa ma tantx kienu effettivi fir-risposta tagħhom u kienu iktar Fgura li baqgħu perikolużi fl-attakki tagħhom fejn il-goalkeeper Zach Valletta kellu jdawwar għal korner kross shot perikoluż ta’ Chircop.
Fit-tieni taqsima bid-dħul ta’ Kenneth Abela it-tim ta’ Vittoriosa ta iktar saħħa lill-attakk tiegħu, anki jekk fit-58 minuta kienu Fgura perikolużi b’xutt fil-baxx ta’ Grech salvat b’diffikulta minn Valletta. Fis-66 minuta Fgura fallew ċans tad-deheb f’azzjoni ta’ kontrattakk bix-xutt fjakk ta’ Martin imblukkat minn Valletta.
Fil-71 minuta ċans għal Fgura meta daqqa ta’ ras ta’ Toncheff kienet maqlugħa minn fuq il-linja u hawn kien hemm diversi protesti u ġlied bejn il-plejers u żewġ plejers ta’ Vittoriosa Gianluca Sultana u Irvin Abela kienu murija l-karta l-ħamra.
Għaxar minuti mit-tmiem Fgura għalqu l-logħba meta Gilbert Martin skorja mill-viċin f’azzjoni oħra ta’ kontrattakk.