Budget 2020 Lokali

WARA L-BUDGET: il-Prim Ministru jnaqqas; Adrian Delia iżid l-appoġġ

Il-PN iżid 4%

Stħarriġ ppubblikat illum mill-gazzetta MaltaToday jindika li f’Ottubru kemm il-Prim Ministru kif ukoll il-Partit Laburista naqqsu mill-appoġġ. Dan filwaqt li l-Kap tal-PN Adrian Delia żieda fl-appoġġ popolari. Żied ukoll l-appoġġ lejn il-PN, bil-Partit Laburista jinżel għal 44.4%.

Iċ-ċifri tal-MaltaToday juru li l-fiduċja fil-Prim Ministru żdiedet fost l-elettorat Għawdxi. Dan meta s-survey sar eżatt qabel faqqa’ l-każ tal-permess kontroversjali fil-Qala; każ li ġab rabja kbira fost l-Għawdxin.

Intant, mill-istess stħarriġ jirriżulta ukoll li 62% taż-żgħażagħ u adulti taħt il-35 sena ma kienu impressjonati xejn bil-Budget, u tawh rating medju.

L-istħarriġ sar bejn l-24 u l-31 ta’ Ottubru.