Internazzjonali Kummerċ

Iberraq għall-katina ta’ ħwienet Mothercare

2,500 impjieg fir-Renju Unit jinsabu f'riskju

In-negozju ta’ Mothercare fir-Renju Unit jinsab f’xifer falliment wara li dalgħodu tħabbar li l-ħwienet kollha se jitpoġġew f’administration. Dan se jpoġġi f’riskju l-impjieg ta’ 2,500 ħaddiema mal-istess katina ta’ ħwienet li tipprovdi prodotti għal trabi u ġenituri.

Mothercare għandhom 79 ħanut madwar ir-Renju Unit.

Matul is-sena li għaddiet, in-negozju fl-Ingilterra ġarrab telf ta’ £36 miljun.