Qorti

Il-każ dwar il-ħatriet tal-ġudikanti għal quddiem il-Qorti Ewropea

Il-Qorti preseduta mill-Imħallef Mark Chetcuti laqgħet it-talba ta’ Repubblika sabiex tkun il-Qorti Ewropea li tiddetermina jekk is-sistema attwali ta’ ħatriet tal-ġudikatura skont il-Kostituzzjoni Maltija tiksirx id-drittijiet fundamentali tal-bniedem.

Għaldaqstant il-Qrati Maltin laqgħu riferenza biex tkun il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li tiddeċiedi fuq is-sistema tal-ħatriet tal-ġudikanti wara talba li kienet saret mill-istess Repubblika.

Il-Qorti osservat li kien hemm tliet każijiet fejn il-Qorti Maltija mhix obbligata li tagħmel din ir-referenza. Meta l-mistoqsija tkun diġà ġiet imwieġba mill-Qorti Ewropea, fejn il-każ jista’ jiġi deċiż abbażi ta’ sentenza preċedenti u meta il-mistoqsija tant tkun ovja li ma tħalli l-ebda dubju dwar ir-risposta.

Il-Qorti qalet ukoll li l-mistoqsija ċentrali għal din il-kawża ma kinitx l-istess bħal tal-oħrajn, li fil-każ tal-Polonja kienet tittratta l-validità tal-liġi l-ġdida. F’nota li kienu ressqu il-grupp tas-Soċjetà Ċivili Repubbliku kienu ppreżentaw nota ġimgħatejn ilu sabiex tkun il-Qorti Ewropea li tiddetermina jekk hux is-sistema preżenti dwar kif jinħatru l-Imħallfin u l-Maġistrati.

Repubblika qed tikkontendi li s-sistema preżenti qed tagħti lill-Prim Ministru “diskrezzjoni arbitrarja” li mhijiex suġġetta ‘għall-objettivi regolamentari ċari’ u li hemm nuqqas ta’ spjegazzjonin jew motivazzjoni għal kull awtorità ġudizzjarja.

Il-Prim Ministru kien oppona din it-talba f’dawn il-proċeduri, fejn argumenta li l-Ewwel Qorti kellha tisma’ l-provi l-ewwel qabel ma tiddeċiedi jekk tali referenza kinitx neċċessarja.

Madankollu l-Qorti nnutat li l-mistoqsija dwar kif għandha tippronunzja lilha nnifisha fuq aspetti delikati tal-każ fejn hemm il-possibilita’ ta’ implikazzjonijiet legali, speċjalment fid-dawl ta’ deċiżjoni mill-Qorti Ewropea kontra l-Polonja.

“Fil-każ tal-lum din hija l-Kostituzzjoni, li ilha fis-seħħ mill-indipendenza u li issa qed jiġu attakkati quddiem il-qrati Maltin u issa assedjati għar-raġunijiet ta’ dan ir-rikors,” tenna l-imħallef

Qal ukoll li s-suġġett huwa wieħed delikat u ta’ interess nazzjonali b’riperkussjonijiet serji ħafna mhux biss fuq is-sistema tal-ġustizzja, iżda għas-soċjetà kollha. Għal Repubblika qed jidhru l-Avukati Jason Azzopardi u Simon Busuttil. Sadanittant f’digriet separat, il-Qori ċaħdet it-talba tal-avukat Joe Brincat biex jintervjeni fil-każ.