Lokali Parlament

Il-pajjiż irid jagħraf il-kontribut ta’ kull persuna fis-soċjetà

  • Therse Comodini Cachia, PN

Id-deputat Nazzjonalista Therese Comidini Cachia qalet li l-pajjiż irid jirrikonoxxi l-kontribut ta’ kull persuna fis-soċjetà.

Fil-parlament Therese Comodini Cachia qalet li l-Oppożizzjoni se tivverifika r-rapport tal-Kummissjoni Venezja u sostniet li l-pedament ta’ din il-liġi ilu jeżisti biex jirregola s-settur tal-ugwaljanza.

Ħafna mill-obbligi f’din il-liġi huma diġà fil-liġijiet iżda din il-liġi qed iżżid xi ftit u tagħmel riferenza għal protokoll 12 tal-Konvenzjoni Ewropea. Dan is-settur kien qed jiġi regolat skont id-direttivi u dan iwassal għal ħafna liġijiet li issa qed jinġabru lkoll flimkien.

Il-prinċipju tal-ugwaljanza hu diffiċli biex ikun implimentat, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li dak li qed isir hu li d-diskriminazzjoni tkun projbita. Hi tkellmet dwar l-importanza tar-rispett indaqs lejn il-persuni kollha fis-soċjetà u sostniet li qed jingħata messaġġ qawwi li l-pajjiż qed jagħraf il-valur ugwali ta’ kull persuna li tista’ tikkontribwixxi lejn l-iżvilupp soċjali, ekonomiku u soċjali tal-pajjiż.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-obbligu tar-responsabbiltajiet joħorġu mill-prinċipju li kull pesuna hu uwgali fid-dinjità tiegħu.

Id-deputat Nazzjonalista semmiet il-kategoriji fejn qed tingħata protezzjoni u qalet li din il-protezzjoni mhix qed tingħata tat-tnax-il protokoll. Hi sosniet li m’għandux ikun aċċettat li jkun hemm protezzjoni li ma tistax tingħata.

Therese Comodini Cachia qalet li dan l-att m’għandux jipprevalu jew ‘l fuq mill-att tal-Konvinzjoni Ewropea. Irridu noqgħodu attenti li l-pajjiż ma jmurx lura għad-deċiżjoni tal-1987. Nispera li s-settur privat qed jifhem l-obbligi u r-responabbiltajiet li issa qed jintefgħu fuqu fil-kuntest tal-Konvenzjoni tad-Drittijiet tal-UE,sostniet Therese Comodini Cachia.