Internazzjonali

Iran ifakkar l-40 sena mill-kriżi tal-ostaġġi

Il-poplu fl-Iran fakkar l-anniversarju tal-assedju tal-1979 fuq l-ambaxxata tal-Istati Uniti f’Tehran, fost dimostrazzjonijiet karatterizzati mill-fanatiżmu anti-Amerikan u l-preżentazzjoni ta’ slogans u figurini intenzjonati biex jgħaddu biż-żmien lill-President Amerikan Donald Trump.

Id-diversi rallies fil-kapitali Tehran u bliet oħrajn  fakkru l-40 sena minn meta l-istudenti Iranjani ta’ żmien ir-Rivoluzzjoni Iżlamika assedjaw il-kumpless Amerikan fil-kapitali u ħatfu ostaġġ lil għexieren ta’ diplomati u staff tal-ambaxxata.

Il-kriżi qanqlet tensjoni kbira bejn l-Iran u Washington li għadha ma battietx sallum u meta r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi saru dejjem aktar diffiċli u kumplikati.