Futbol Sport

Mark Gatt isejjaħ l-iskwadra Maltija għal kontra l-Iżrael u l-Italja

Il-kowċ nazzjonali Malti Mark Gatt sejjaħ skwadra ta’ 20 plejer għaż-żewġ impenji mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew kontra l-Iżrael u l-Italja. It-tim nazzjonali ngħaqad flimkien il-ġimgħa l-oħra biex jibda l-preparazzjoni għal dawn iż-żewġ logħbiet.

Malta tilgħab kontra l-Iżrael fis-Centenary Stadium il-Ħamis li ġej fil-5.00pm qabel il-konfront kontra t-Taljani t-Tlieta 12 ta’ Novembru f’Castel di Sangro fis-2.15pm. L-Iżrael tilfet iż-żewġ logħbiet kontra l-Italja u d-Danimarka. It-tim Taljan immexxi minn Milena Bertolini rebaħ l-erba’ logħbiet sa issa.

Gatt tenna l-fiduċja fl-istess skwadra li lagħbet kontra l-Italja fis-Centenary Stadium ix-xahar li għadda, bl-Italja tirbaħ 2-0 b’żewġ gowls fl-aħħar 20 minuta. Fl-iskwadra hemm diversi plejers li jilagħbu barra l-pajjiż. Dawn huma Shona Zammit ta’ Pink Bari, Emma Lipman ta’ Florentia San Gimignano, Nicole Sciberras tal-Primavera ta’ Juventus u Ylenia Carabott li riċentament ingħaqdet mal-klabb tas-Serie B Chievo Fortitudo filwaqt li se tirritorna Martina Borg li tilgħab ma’ Sassari Torres fis-Serie C, plejers li kollha jilagħbu fl-Italja. Dan minbarra Mari Farrugia li tilgħab ma’ Sunderland AFC Ladies u Rachel Cuschieri li tilgħab ma’ PSV Eindhoven.

Skwadra Maltija

Gowlkipers: Janice Xuereb (Birkirkara), Rachelle Lynn Borg (Mġarr United)

Difensuri: Stephania Farrugia (Birkirkara), Emma Lipman (Florentia San Gimignano), Ann-Marie Said (Birkirkara), Nicole Sciberras (Juventus), Alishia Sultana (Birkirkara), Jasmine Louise Turner (Mġarr United), Charlene Zammit (Swieqi United)

Midfielders: Rachel Cuschieri (PSV Eindhoven), Jade Flask (Swieqi United), Veronique Mifsud (Birkirkara), Dorianne Theuma (Swieqi United), Emma Xuereb (Swieqi United), Shona Zammit (Pink Bari)