Lokali Parlament

M’għandux isir sfreġju ambjentali fil-Bajja ta’ San Ġiljan

  • Karl Gouder, PN

Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder appella biex ma jsirx sfreġju ambjentali b’moll fil-Bajja ta’ San Ġiljan.

Fl-Aġġornament tal-parlament Karl Gouder qal li d-dikjarazzjoni tal-emerġenza fil-klima fisser li l-pajjiż irid jaħseb fit-tul biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies. Hu sema’ l-proposti li jsir moll fil-Bajja ta’ San Ġiljan u qal li dan juri li l-pajjiż qed jonqos mis-sens komun.

Dan il-moll se jsir propju fil-parti fejn jgħumu n-nies. Hu sellem lil Lino Schembri minn San Ġiljan u qal li dan ta’ ħajtu għall-komunità b’mod partikolari fil-Waterpolo Club ta’ San Ġiljan.

Karl Gouder semma’ l-problemi li qed jiffaċċja dan il-lokal fosthom fit-trasport u sostna li m’hemmx problema li jintuża l-baħar biex ikun hemm trasport għan-nies bħala parti mis-soluzzjoni iżda din m’għandhiex issir fil-parti fejn jgħumu n-nies.

Appell biex il-Bajja tal-Balluta ma tinqerdix b’moll li qed ikun propost

Hu appella biex isiru l-istudji neċessarji qabel ma jsir il-moll propost għaliex dan il-moll se jeffettwa tliet klabbs tal-waterpolo u eluf ta nies li jmorru jgħumu fiż-żona.

Karl Goduer qal li l-Ministeru tat-Turiżmu qed jonfoq l-eluf biex ikabbar dik il-bajja bir-ramel u issa hawn proposta biex propju ftit bogħod isir mill għad-dgħajjes.

Id-deputat Nazzjonalista qal li jinsab impressjonat bl-ammont ta’ nies barranin li saru jtitallbu fit-toroq ta’ Tas-Sliema. Hu kompla li l-Oppożizzjoni ilha titkellem dwar problemi ta’ nies li qed jgħixu fil-faqar u issa l-problema qed tikber b’nies jtitallbu fit-toroq. Din ma kinitx is-sitwazzjoni f’Malta fil-passat u jeħtieġ issir xi ħaġa urġenti, appella Karl Gouder.