Lokali

Persuna l-isptar wara inċident fin-Naxxar

Persuna ttieħdet lejn l-isptar Mater Dei wara inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tal-16.30 fi Vjal il-Labour fin-Naxxar.

L-inċident seħħ wara ħabta bejn żewġ karozzi, waħda tat-tip Kia u l-oħra tat-tip Volkswagen. B’kawża tal-impatt karozza baqgħet dieħla fit-traffic lights.

Fuq il-post il-post issejħet ambulanza li ħadet lil persuna lejn l-isptar biex tirċievi aktar kura. Il-kundizzjoni għadha mhiex magħrufa.

Fiz-zona nġema’ ammont kbir tat-traffiku hekk kif parti mit-triq kellha tingħalaq.

Aktar dettalji ‘l quddiem.