- Claudette Buttigieg, PN
Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet fil-parlament li għandu jkun hemm bilanċ fis-soċjetà bejn l-ugwaljanza u d-diversità.
Claudette Buttigieg qalet li dan l-abboz tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fis-17 ta’ Lulju 2019 propju qabel il-vaganzi tas-sajf; il-mod kif tpoġġa mhux dak mixtieq u mistħoqq għal din il-liġi.
Dan l-abbozz għandu storja twila u komplikata għax ilu jkun diskuss fejn hemm imsieħba soċjali li huma sorpiżi minħabba li ma rawx l-aħħar verżjoni. Id-djalogu soċjali għadu jittieħed oltrè, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li għandha tingħata attenzjoni li tingħata assigurazzjoni għaċ-ċertezza.
L-ewwel verżjoni tal-abbozz ħarġet fl-2015 u ħolqot agħa. It-titlu tal-liġi jindika li qed tiġbor diversi direttivi flimkien. Din il-liġi ma tatx ton ta’ serħan il-moħħ. Hi staqsiet jekk l-aħħar verżjoni tal-liġi kinitx approvata mill-Kummissjoni Venezja. Jekk dan hu l-każ allura hemm serħan il-moħħ kbir għaliex fil-bidu l-Kummissjoni kellha oġġezzjoniet kbar.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li din il-liġi qed tiġbor seba’ direttivi u tarmonizzahom flimkien iżda jista’ jkun li min hu mdorri jaħdem b’diversi modi fil-liġijiet, iħoss li din qed tmewwet liġijiet importanti jew li toħloq interpretazzjonijiet differenti. Hawn qbil li l-għanijiet li d-direttivi jinġabru flimkien huma tajbin u għandha tkun dejjem prijorità li nirrispettaw id-dinjità tal-bniedem.
Claudette Buttigieg qalet li fl-UE hemm diffikultajiet biex jissolva l-konflitt bejn id-dritt tal-ugwaljanza u l-protezzjoni tad-diversità. Il-protokoll tad-Drittijiet tal-Bniedem ilu miftuħ mill-2000 għar-ratifikazzjoni. L-akbar diffikultà tibqa’ dik li jinsab bilanċ bejn l-ugwaljanza u l-protezzjoni tad-diversità. Din hi liġi li xxaqleb iktar lejn l-ugwaljanza iżda m’għandha qatt twarrab jew tinsa d-diversità; f’kull pass li qed isir fil-liġijiet.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li kulħadd għandu dritt għall-opportunitajiet indaqs iżda l-ugwaljanza ma tinkisibx bl-uniformità ta’ kif in-nies jgħixu ħajjithom. Il-prinċipju tal-ugwljanza jridu jirrispettaw id-diversità. Aħna ugwali iżda m’aħniex identiċi, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li qalet li d-dritt għall-għażla għandu jkun indaqs iżda l-għażliet jibqgħu differenti.
Fl-2013 Claudette Buttigieg kienet ressqet l-emenda Kostituzzjonali iżda d-diskriminazzjoni ma waqfitx għaliex l-affarijiet ma jirranġawx għax sempliċiment jgħaddu l-liġijiet.
Id-diskriminazzjoni ma waqfitx ma’ dik l-emenda kostituzzjonali għaliex jeħtieġ il-bidla fil-mentalità; li hu proċess fit-tul. Dan għandu jsir b’konvinzjoni u mhux b’impożizzjoni. It-ton li s-soċjetà se tinqaleb ta’ taħt fuq jrid jingħata attenzjoni għaliex biex isiru l-affarijiet tajbin m’hemmx bżonn li jingħad li l-ħajja se tinbidel ta’ taħt fuq. Trid tingħata attenzjoni għall-mod li dawn il-liġijiet qed ikunu inforzati.
Hi semmiet il-fastidju sesswali u qalet li dan qed ikun rinfurzat fil-liġi iżda mhux se jieqaf mis-soċjetà. Għalhekk din il-liġi għandha bżonn kampanja edukattvia b’saħħithom għaliex il-vittmi ma jafux x’inhuma d-drittijiet tagħhom. Dwar ir-reputazzjoni tajba ta’ Malta fil-libertajiet ċivili hi qalet li hemm reputazzjonijiet li Malta tinsab lura fihom fejn il-Kummissjoni Venezja ġibdet l-attenzjoni ta’ Malta dwarhom.
Dan l-abbozz qiegħed hemm biex ipoġġi l-ugwaljanza fil-prattika iżda jrid ikun hemm ir-rispett lejn id-diversità. Il-vittmi, sostniet Claudette Buttigieg, jkollhom diffikultajiet biex iġibu l-provi ta’ diskriminazzjoni u għalhekk għandha ssir diskussjoni mas-sidien dwar dan l-aspett. Dan il-prinċipju għandu jiddaħħal b’mod li jkun aċċċettabbli għal kulħadd.
Dwar il-kliem ta’ mibgħeda, hi qalet li d-diskors li qed isir bħalissa qed iweġġa’ ħafna nies u sostniet li persuna li qed tgħix skont it-twemmin qed tgħix ukoll f’soċjetà. Persuna tista’ tkun vittma ta’ diskriminazzjoni fuq diversi bażi u tista’ tkun hi stess il-kaġun ta’ diskriminazzjoni fuq oħrajn. Fis-soċjetà hemm rabta bejn it-twemmin u l-edukazzjoni fl-iskejjel tal-Knisja jew fid-djar tal-anzjani mmexxija mill-Knisja. Jeħtieġ li naslu għall-mod iktar magħqud kif ngħaddu liġijiet bħal dawn, sostniet Claudette Buttigieg.
//= $special ?>