Raġel ta’ 59 sena minn Għajnsielem tressaq b’arrest fil-Qorti t’Għawdex akkużat li lbieraħ, fix-Xewkija, b’għemil żieni, ikkorrompa żagħżugħa taħt l-età, ta’ sittax-il sena.
L-imputat, wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih iżda ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest u nżamm taħt arrest preventiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi John Spiteri u Josef Gauċi.
//= $special ?>