L-Awtorità tal-Gaming (MGA) ilha kwazi erba’ xhur topera bla bord tal-gvernaturi.
Din l-aħbar ħarġitha t-Times of Malta fejn qalet li dan il-bord ilu ma’ jiltaqa’ għal erba’ xhur.
Għalhekk, affaċċjajna lis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri b’din is-sitwazzjoni xejn feliċi.
Iżda Schembri, qed jaħbi l-verità, billi qalilna li għandna żball.
“Għandek żball ta” – Silvio Schembri
Preżentament f’dan il-bord il-qiegħa hija waħda sħuna hekk kif sorsi tagħna qalulna li hemm “institutional breakdown”, b’qasma bejn numru ta’ fazzjonijiet “antiki” flimkien ma’ dawk li huma “ġodda”.
Ir-rapport fit-Times kompla li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Joseph Muscat “intervjena biex jipprova jtaffi d-diviżjonijiet bejn iż-żewġ naħat”.
L-OPM qal li informazzjoni dwar dan il-bord se tingħata fil-jiem li ġejjin biex jirriflettu ristrutturar riċenti.
Silvio Schembri iżda qalilna li għandna żball…biex b’hekk, spiċċa anki prova jgiddeb lil Kastilja.
//= $special ?>