Lokali Saħħa

Sieket dwar id-deal “fallut” ma’ Steward

Skiet assolut – l-ebda azzjoni mill-Gvern dwar id-deal “fallut” tal-isptarijiet – skandlu ta’ 50 miljun ewro – flus li qatt ma marru għall-sptarijiet pubbliċi, San Luqa, Karen Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex – miljuni li setgħu ġew investiti f’aktar mediċini b’xejn, biex jitnaqqsu l-waiting lists, u biex tingħata kura aħjar fil-polikliniċi.

Madwar ġimgħa ilu l-President tal-MAM Martin Balzan sejjaħ dan id-deal bħala wieħed li falla kompletament. C

Sal-ġimgħa li għaddiet Joseph Muscat baqa’ jilgħabha li ma jaf b’xejn u baqa’ jaħrab milli jwieġeb dwar dan l-iskandlu.

Anki, il-Ministeru tas-Saħħa fi skiet totali. Inkluż dwar il-fatt illi sa ftit tal-ġimgħat ilu, Steward kienu qed jgħidu li anke huma, kif għamlu Vitals, jitilqu minn pajjiżna.

Xhur ilu, il-Kap tal-PN Adrian Delia kien fetaħ kawża l-Qorti sabiex l-isptarijiet jirritornaw lura għand in-nies, filwaqt illi fir-replika għall-Budget tkellem speċifikament dwar din is-sitwazzjoni fl-isptarijiet u insista li l-Gvern jeħtieġ jagħti risposti għad-domandi li qed jistaqsu n-nies – spjegazzjoni dwar fejn qed imorru l-miljuni li ħerġin mit-taxxi tal-poplu.