Lokali

Tfajla ta’ 22 sena ssofri ġrieħi gravi

Tfajla mill-Imġarr sofriet ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku. L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-ħdax u nofs fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li tfajla ta’ 22 sena residenti l-Imġarr, li kienet qiegħda ssuq vettura tal-għamla Volkswagen Polo, tilfet il-kontroll tal-vettura u ħabtet.

Fuq il-post issejħet ambulanza u tim mediku li assista lit-tfajla u ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Puzlizija għadhom għaddejjin.