Diversi sewwieqa li dalgħodu kienu qed isuqu minn naħa t’isfel ta’ Malta spiċċa imwaħħla għal ħin twil fit-traffiku minħabba li diversi rotot jinsabu magħluqin.
Nies li tkellmu ma’ Net News qalulna li din is-sitwazzjoni żviluppat għaliex l-affarijiet qed isir bl-addoċċ. “Dan hu pjanar bla sens. Ix-xogħol irid isir, imma mhux kollox f’daqqa!”, qaltilna waħda mill-ħafna li dalgħodu spiċċaw maqbuda fil-qalba ta’ Ħal Tarxien.
Anke f’Santa Luċija s-sitwazzjoni kienet tal-biża’, bis-sewwieqa jispiċċaw maqbuda fir-rotta lejn l-ajruport.
Dawn il-konġestjonijiet qed ikunu mifruxa tul il-jum, mhux biss fir-rush hour ta’ filgħodu. Dan apparti l-konġestjonijiet li kien hemm fi tmiem il-ġimgħa, partikolarment fir-rotot li dan l-aħħar ġew imwessgħin u li xorta ma solvew xejn!
//= $special ?>