Lokali

‘We are more’ – il-kanzunetta Maltija għall-Junior Eurovision

‘We are More’ hija l-kanzunetta li biha Eliana Gomez Blanco se tirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest li se jsir fil-Polonja nhar il-Ħadd 24 ta’ Novembru.

F’intervista’ ma’ Net News, Eliana, li għandha 14-il sena, tispjega li t-tema tal-kanzunetta hija dwar iż-żgħażagħ… li jgħidu dak li jemmnu fih anke jekk hemm xi wħud li jipprovaw joħonqu l-ispirtu żagħżugħ tagħhom.

Eliana spjegatilna kif bħalissa għaddejjin ġmielhom bl-aħħar tħejjijiet għas-serata finali.

Iż-żagħżugħa Maltija tinsab eċċitat għas-serata finali fejn l-għan aħħari tagħha huwa li tagħmel unur lil pajjizna f’din il-kompetizzjoni internazzjonali.